San Sultana Xow 3

Fri 26 Feb 2027 — Sun 28 Feb 2027G.F. Abela - Junior College

Tickets Out Soon

About

Kulħadd jgħidlek, “Issa sirt raġel!”… imma ħadd ma jagħtik il-manwal tal-istruzzjonijiet.

Matthew Sant Sultana jirritorna bit-tielet stand-up comedy tiegħu, San Sultana Xow #3 -' Issa Sirt Raġel'.

Ix-xow bħal dejjem kollu Malti pur, fejn din id-darba Matthew qed jaffaċċja l-akbar sfida ta’ ħajtu s’issa: il-Ħajja Adulta!

MIll-flat ċkejken daqs naqra li swielu ġidu u dam eternità biex ilesti, b'wegħda ma' Lourd li jibqa’ tiegħu u ma jispiċċax f’idejn il-bank. Il-pass li fl-aħħar ħa biex mar jgħix ma’ Kelly, bit-tama li l-affarijiet imorru tajjeb u ma jispiċċax jerġa’ lura għand ommu. Il-kontijiet u x-xirjiet li lanqas kien jaf li jeżistu qabel għalaq it-30. U x-xogħol tad-dar li kull Raġel SUPPOST jaf jagħmel… ħlief Matthew!

Propju meta ħaseb li fl-aħħar qed jirnexxilu jimmaniġġja kollox… minn imkien tiġih il-mistoqsija li titturmentah aktar mill-kont tal-bank kull l-aħħar tax-xahar.... “Meta se tfaqqa Baby?”

Mill-kontijiet u r-relazzjonijiet, sal-pressjoni biex ikollu ħajtu f’postha, Matthew isib l-umoriżmu fil-kaos ta’ kuljum tal-ħajja adulta ta’ Raġel f’Malta.

Kemm jekk int raġel li għadek ma tafx x’laqtek, jew il-ħajja adulta diġà laqtitek, u kemm jekk int is-sieħba li ta' kuljum tfakkru f’dak kollu li għandu jagħmel… mela dan ix-xow għalik!

U lil dawk kollha li diġà għaddew minn dan, jew għadhom ma jafux x’se jiltaqgħu miegħu u forsi jħossuhom waħedhom: ejjew! Għax il-Boccu qiegħed agħar minnkom… tal-inqas tħossukom aħjar u jkollkom b'min titmejlu.

Bil-kitba ġenjali ta’ Sander (m’għejjun minn San Ġużepp) u d-direzzjoni mifqugħa kollha Flower Power ta’ Mario Cassar, din is-sena l-ispettaklu se jieħu xejra differenti! Li hu żgur ,li se jkun aktar eċitanti mis-Super Bonus u t-tgergir fuq it-TCNs u tad-daħk kważi daqs il-partiti politiċi.

Età minima: 16+ - (Għax ejja ngħiduha kif inhi.. ta’ 16-il sena, huma jgħallmu lilna u mhux aħna lilhom 😉)

Venue

G.F. Abela - Junior CollegeVFRQ+MQW, Guze Debono Square, Msida MSD 1252, Malta

Get Directions

Terms

- Tickets purchased are not refundable under any circumstance unless otherwise instructed by the event organiser. In the case of a refund being issued for tickets bought, refund will be issued on the Ticket face value, and EventWorks booking fee will NOT be refunded. - Venue Owner reserves the right to refuse admission without refund or compensation to any persons whose conduct is disorderly or unbecoming. - The Promoter may add, withdraw or substitute artists and/or vary advertised programmes, event times, seating arrangements and audience capacity without prior notice. - The Promoter/Venue Owner may postpone, cancel, interrupt or stop the event due to adverse weather, dangerous situations, or any other causes beyond his reasonable control. - In the event of an event being cancelled, postponed or unsatisfactory, or in the event that Buyer is not allowed to watch the event for any reason, EventWorks cannot be held responsible for any liability including any costs whatsoever incurred by the Buyer in connection with the said event. - General EventWorks terms and conditions apply on each purchase.

Share this Event

San Sultana Xow 3